Il-Kamra tal-Inġiniera qabbdet lil Marketing Advisory Services (MAS), kumpanija indipendenti tar-riċerka, biex twettaq l-ewwel studju dwar “l-Istat tal-Professjoni” tal-inġinerija f’Malta. It-tweġibiet u l-parteċipazzjoni tiegħek se jgħinu lill-Kamra u lil dawk li jfasslu l-politika nazzjonali sabiex jifhmu aħjar l-istat attwali, l-isfidi u l-opportunitajiet li jesperjenzaw professjonisti tal-inġinerija.
Dan l-istudju qed jitwettaq bħala parti minn proġett ta’ riċerka ffinanzjat mill-Iskema għal-Proġetti għall-Organizzazzjonijiet Volontarji (VOPS A3 03/2026): ‘The State of the Engineering Profession: A Comprehensive “State of the Profession” research study about the Engineering profession in Malta’.
Dan l-istħarriġ huwa disponibbli kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż. Tista' tagħżel il-lingwa li tippreferi minn naħa ta' fuq tal-paġna.
L-istħarriġ jieħu madwar għaxar (10) minuti. It-tweġibiet tiegħek huma kompletament anonimi u se jiġu rrappurtati biss flimkien ma' dawk ta' parteċipanti oħra. Ħadd ma jkun jista' jiġi identifikat minn dak li jiġi ppubblikat.